12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/2
Appell ippreżentat fil-25 ta’ Settembru 2017 minn Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (It-Tieni Awla) fid-19 ta’ Lulju 2017, fil-Kawża T-432/16 – Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik vs L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
(Kawża C-570/17 P)
(2018/C 094/03)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Lackmann Fleisch- und Feinkostfabrik GmbH (rappreżentant: A. Lingenfelser, Rechtsanwalt)
Parti oħra fil-proċedura: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO)
B’digriet tas-16 ta’ Jannar 2018, il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (L-Għaxar Awla) ċaħdet l-appell u kkundannat lill-appellanti tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.