Kawża C-573/17: Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir–Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit–28 ta’ Settembru 2017 – Openbaar Ministerie vs Daniel Adam Popławski
C4122017MT1810120170928MT0027181181
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mir–Rechtbank Amsterdam (il-Pajjiżi l-Baxxi) fit–28 ta’ Settembru 2017 – Openbaar Ministerie vs Daniel Adam Popławski
(Kawża C-573/17)2017/C 412/27Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Rechtbank Amsterdam
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Openbaar Ministerie
Konvenut: Daniel Adam Popławski
Domandi preliminari
1)
Jekk l-awtorità ġudizzjarja ta’ implementazzjoni ma tistax tinterpreta d-dispożizzjonijiet nazzjonali adottati għall-implementazzjoni ta’ deċiżjoni qafas b’tali mod li l-applikazzjoni tagħhom twassal għal riżultat konformi mad-deċiżjoni qafas, hija obbligata, skont il-prinċipju ta’ supremazija, li ma tapplikax id-dispożizzjonijiet nazzjonali inkompatibbli mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija deċiżjoni qafas?
2)
Id-dikjarazzjoni ta’ Stat Membru prevista fl-Artikolu 28(2) tad-Deċiżjoni Qafas 2008/909 ( 1 ), għandha tkun valida jekk din ma tkunx ġiet ippreżentata “fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni Qafas”, iżda biss f’data ulterjuri?
( 1 ) Deċiżjoni Qafas tal-Kunsill 2008/909/ĠAI, tas-27 ta’ Novembru 2008, dwar l-applikazzjoni tal-prinċipju ta’ rikonoxximent reċiproku ta’ sentenzi f’materji kriminali li jimponu pieni ta’ kustodja jew miżuri li jinvolvu ċ-ċaħda tal-libertà bil-għan li jiġu infurzati fl-Unjoni Ewropea (ĠU 2008, L 327, p. 27).
Full & Egal Universal Law Academy