29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Finanzgericht Hamburg (il-Ġermanja) fit-13 ta’ Ottubru 2017 – Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG vs Hauptzollamt Hannover
(Kawża C-593/17)
(2018/C 032/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Finanzgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Kreyenhop & Kluge GmbH & Co. KG
Konvenut: Hauptzollamt Hannover
Domandi preliminari
1)
Ir-Regolament ta’ Implementazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 767/2014 tal-11 ta’ Lulju 2014 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti prodotti fin-Nomenklatura Magħquda (1) huwa validu?
2)
Jekk l-ewwel domanda twassal għal risposta negattiva: in-Nota ta’ Spjega tal-Kummissjoni Ewropea dwar is-subintestatura 1902 3010 tan-Nomenklatura Magħquda, ippubblikata fl-4 ta’ Marzu 2015, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni fl-interpretazzjoni tas-subintestatura 1902 3010 tan-NM, sa fejn il-qali huwa mogħti fl-imsemmija nota bħala eżempju ta’ proċess industrijali ta’ tnixxif?
(1) ĠU 2014, L 209, p. 12.