18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/21
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – Apple Sales International, Apple Inc., Apple retail France EURL vs MJA, fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarja ta’ eB (eBizcuss)
(Kawża C-595/17)
(2017/C 437/25)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Cour de cassation
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Apple Sales International, Apple Inc., Apple retail France EURL
Konvenuta: MJA, fil-kwalità tagħha ta’ stralċjarja ta’ eB (eBizcuss)
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001 (1) għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil qorti nazzjonali, adita b’kawża għad-danni ppreżentata minn distributur fil-konfront tal-fornitur tiegħu abbażi tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tapplika klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni stabbilita fil-kuntratt li jorbot lill-partijiet?
2)
F’każ li l-ewwel domanda tingħata risposta affermattiva, l-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil qorti nazzjonali, adita b’kawża għad-danni ppreżentata minn distributur fil-konfront tal-fornitur tiegħu abbażi tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li tapplika klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni inkluża fil-kuntratt li jorbot lill-partijiet, anki fil-każ li l-imsemmija klawżola ma tkunx tagħmel riferiment espliċitu għad-diżgwid marbut mar-responsabbiltà mġarrba b’riżultat ta’ ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni?
3)
L-Artikolu 23 tar-Regolament Nru 44/2001 għandu jiġi interpretat fis-sens li jippermetti lil qorti nazzjonali, adita b’kawża għad-danni ppreżentata minn distributur fil-konfront tal-fornitur tiegħu abbażi tal-Artikolu 102 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, li ma tapplikax klawżola li tattribwixxi ġurisdizzjoni stabbilita fil-kuntratt li jorbot lill-partijiet fil-każ li l-ebda awtorità nazzjonali jew Ewropea ma tkun ikkonstatat ksur tad-dritt tal-kompetizzjoni?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 44/2001, tat-22 ta’ Diċembru 2000, dwar ġurisdizzjoni u rikonoxximent u eżekuzzjoni ta’ sentenzi f’materji ċivili u kummerċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 19, Vol. 4, p. 42).
Full & Egal Universal Law Academy