22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/20
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof’s-Hertogenbosch (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-16 ta’ Ottubru 2017 – A-Fonds vs Inspecteur van de Belastingdienst
(Kawża C-598/17)
(2018/C 022/30)
Lingwa tal-kawża: l-Oldaniż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof ’s-Hertogenbosch
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: A-Fonds
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst
Domandi preliminari
1)
L-estensjoni tal-portata ta’ skema ta’ għajnuna eżistenti li tirriżulta mill-fatt li persuna taxxabbli tinvoka b’suċċess id-dritt għal moviment liberu tal-kapital tal-Artikolu 56 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE) tikkostitwixxi għajnuna ġdida li għandha tinftiehem bħala modifika ta’ għajnuna eżistenti?
2)
Fl-affermattiv, il-kompitu fdat lill-qorti nazzjonali mill-Artikolu 108(3) TFUE jipprekludi li l-persuna taxxabbli tingħata vantaġġ fiskali li hija intitolata għalih skont l-Artikolu 56 tat-Trattat KE (li sar l-Artikolu 63 TFUE), jew il-qorti nazzjonali għandha tinnotifika lill-Kummissjoni deċiżjoni intiża li tagħti dan il-vantaġġ, jew il-qorti nazzjonali għandha twettaq kwalunkwe att ieħor jew tadotta kwalunkwe miżura oħra, fid-dawl tal-kompitu ta’ stħarriġ li hija għandha skont l-Artikolu 108(3) TFUE?