22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/25
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal d’instance de Limoges (Franza) fit-30 ta’ Ottubru 2017 – BNP Paribas Personal Finance SA suċċessur fid-drittijiet tal-kumpannija Solfea vs Roger Ducloux, Josée Ducloux, nee’ Lecay
(Kawża C-618/17)
(2018/C 022/37)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal d’Instance de Limoges
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: BNP Paribas Personal Finance SA suċċessur fid-drittijiet tal-kumpannija Solfea
Konvenuti: Roger Ducloux, Josée Ducloux, nee’ Lecay
Domanda preliminari
Meta r-rata annwali effettiva globali ta’ kreditu għall-konsum hija ta’ 5,97377 %, ir-regola li tirriżulta mid-Direttiva 98/7/KE tas-16 ta’ Frar 1998 (1) u mid-Direttiva 2008/48/KE tat-23 ta’ April 2008 (2) li tipprovdi, fil-verżjoni Franċiża, “Le résultat du calcul est exprimé avec une exactitude d’au moins une décimale. Si le chiffre de la décimale suivante est supérieur ou égal à 5, le chiffre de la première décimale sera augmenté de 1”, [traduzzjoni letterali: “Ir-riżultat tal-kalkolu għandu jiġi espress b’eżattezza ta’ mill-inqas punt deċimali wieħed. Jekk iċ-ċifra fil-punt deċimali li jsegwi hija akbar minn jew ugwali għal 5, iċ-ċifra fl-ewwel punt deċimali għandha tiżdied b’wieħed”], tippermetti li titqies bħala eżatta rata annwali effettiva globali indikata ta’ 5,95 %?
(1) Direttiva 98/7KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 1998 li temenda d-Direttiva 87/102/KEE għall-approssimazzjoni tal-liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi ta’ l-Istati Membri dwar il-kreditu lill-konsumatur (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 4, p. 36)
(2) Direttiva 2008/48/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (ĠU L 133, p. 66).