29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Gerechtshof Den Haag (il-Pajjiżi l-Baxxi) fis-6 ta’ Novembru 2017 – Proċeduri kriminali kontra Tronex BV
(Kawża C-624/17)
(2018/C 032/19)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Gerechtshof Den Haag
Partijiet fil-kawża prinċipali
Tronex BV
Domandi preliminari
1)
a.
Negozjant, li jirritorna lill-fornitur tiegħu (li jkun l-importatur, il-grossista, id-distributur, il-produttur jew persuna oħra li mingħandhom akkwista l-oġġett), fuq il-bażi tal-kuntratt eżistenti bejn in-negozjant u l-fornitur, oġġett imrodd lura minn konsumatur jew oġġett li sar superfluwu fl-assortiment tiegħu għandu jitqies bħala possessur li jarmi l-oġġett, kif imsemmi fil-parti introduttiva u fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Kwadru (1)?
b.
Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 1)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett li faċilment jissewwa?
c.
Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 1)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett ta’ daqs jew ta’ gravità tali li l-oġġett, minħabba dan il-fatt, ma huwiex iktar adattat u lanqas ma huwa utli għall-iskop oriġinali tiegħu?
2)
a.
In-negozjant jew il-fornitur li jbigħ mill-ġdid lil xerrej ta’ lottijiet (mhux eżawriti) oġġett imrodd lura minn konsumatur jew oġġett li sar superfluwu fl-assortiment tiegħu għandu jitqies bħala possessur li jarmi l-oġġett, kif imsemmi fil-parti introduttiva u fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Kwadru?
b.
Huwa rilevanti l-ammont tal-prezz ta’ xiri li għandu jitħallas mix-xerrrej ta’ lottijiet lin-negozjant jew lill-fornitur għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 2)a.?
c.
Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 2)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett li faċilment jissewwa?
d.
Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 2)a., li dan huwa oġġett li għandu nuqqas jew difett ta’ daqs jew ta’ gravità tali li l-oġġett, minħabba dan il-fatt, ma huwiex iktar adattat u lanqas ma huwa utli għall-iskop oriġinali tiegħu?
3)
a.
Ix-xerrej ta’ lottijiet li jkun xtara f’lottijiet mingħand negozjanti jew fornituri, jbigħ mill-ġdid lil terzi (barrani) merkanzija mrodda lura minn konsumaturi u/jew li saru superfluwi, għandu jitqies bħala possessur li jarmi lott ta’ merkanzija, kif imsemmi fil-parti introduttiva u fil-punt 1 tal-Artikolu 3 tad-Direttiva Kwadru?
b.
Huwa rilevanti l-ammont tal-prezz ta’ xiri li għandu jitħallas mit-terzi lix-xerrej ta’ lottijiet għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 3)a.?
c.
Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-riposta għad-domanda 3)a., li l-lott ta’ merkanzija jinkludi wkoll xi merkanzija li għandha nuqqas jew difett li faċilment jissewwa?
d.
Huwa rilevanti, għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 3)a., li l-lott ta’ merkanzija jinkludi wkoll xi merkanzija li għandha nuqqas jew difett ta’ daqs jew ta’ gravità tali li l-oġġett ikkonċernat, minħabba dan il-fatt, ma huwiex iktar adattat u lanqas ma huwa utli għall-iskop oriġinali tiegħu?
e.
Huwa rilevanti l-proporzjon ta’ merkanzija difettuża fil-lott kollu ta’ merkanzija mibjugħa mill-ġdid lit-terzi għall-finijiet tar-risposta għad-domanda 3)c. jew għad-domanda 3)d.? Jekk dan huwa l-każ, liema hija l-perċentwali pern?
(1) Direttiva 2008/98/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Novembru 2008 dwar l-iskart u li tħassar ċerti Direttivi (ĠU 2008 L 312, p. 3).