29.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 32/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Supremo Tribunal de Justiça (il-Portugall) fit-18 ta’ Ottubru 2017 – J. Portugal Ramos Vinhos SA vs Adega Cooperativa de Borba CRL
(Kawża C-629/17)
(2018/C 032/20)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Supremo Tribunal de Justiça
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: J. Portugal Ramos Vinhos SA
Konvenuta: Adega Cooperativa de Borba CRL
Domanda preliminari
L-affermazzjoni “indikazzjonijiet li jistgħu jservu, fil-kummerċ, sabiex jindikaw […] karatteristiċi oħra tal-merkanzija jew tas-servizz” skont l-Artikolu [3]1(c) tad-Direttiva 2008/95/KE (1), meta applikata fil-kuntest tal-eżami tal-ammissibbiltà tar-reġistrazzjoni tas-sinjali jew indikazzjonijiet li huma intiżi li jiġu adottati sabiex jiddeskrivu prodotti vinikoli, għandha tiġi interpretata fis-sens li tinkludi, fl-espressjonijiet verbali adottati bħala trade mark li jinkludu isem ġeografiku protett bħala indikazzjoni tal-oriġini ta’ nbid, ir-riferiment għat-terminu “adega” [kantina], bħala espressjoni komunement użata sabiex jiġu identifikati l-faċilitajiet u l-postijiet li fihom iseħħ il-proċess ta’ elaborazzjoni ta’ dawn it-tip ta’ prodotti fl-espressjoni verbali adottata bħala trade mark, fil-każijiet fejn din l-espressjoni (adega) hija waħda mill-elementi verbali varji li jikkomponu l-isem tal-kumpannija tal-persuna ġuridika li ressqet applikazzjoni sabiex tirreġistra t-trade mark?
(1) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2008, L 299, p. 25).