19.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 63/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Hoge Raad der Nederlanden (il-Pajjiżi l-Baxxi) fid-9 ta’ Novembru 2017 – SF vs Inspecteur van de Belastingdienst
(Kawża C-631/17)
(2018/C 063/07)
Lingwa tal-kawża: l-Olandiż
Qorti tar-rinviju
Hoge Raad der Nederlanden
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: SF
Konvenut: Inspecteur van de Belastingdienst
Domanda preliminari
Il-leġiżlazzjoni ta’ liema Stat Membru għandha tapplika skont ir-Regolament Nru 883/2004 (1) f’sitwazzjoni fejn il-parti kkonċernata (a) tirrisjedi fil-Latvija, (b) hija ta’ nazzjonalità Latvjana, (ċ) hija impjegata minn persuna stabbilita fil-Pajjiżi l-Baxxi, (d) taħdem bħala baħrija, (e) taħdem fuq bastiment li jtajjar il-bandiera tal-Baħamas, u (f) twettaq dawn l-attivitajiet barra mit-territorju tal-Unjoni Ewropea?
(1) Regolament (KE) Nru 883/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2004 dwar il-kordinazzjoni ta’ sistemi ta’ sigurtà soċjali (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 72).