19.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 104/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mis-Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich (il-Polonja) fid-9 ta’ Novembru 2017 – Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A. vs Jacek Michalski
(Kawża C-632/17)
(2018/C 104/16)
Lingwa tal-kawża: il-Pollakk
Qorti tar-rinviju
Sąd Rejonowy w Siemianowicach Śląskich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Powszechna Kasa Oszczędności (PKO) Bank Polski S.A. (Varsavja, il-Polonja)
Konvenut: Jacek Michalski
Domanda preliminari
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 93/13/KEE tal-5 ta’ April 1993 dwar klawżoli inġusti f’kuntratti mal-konsumatur (1), b’mod partikolari l-Artikolu 6(1) u l-Artikolu 7(1), kif ukoll id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/48/KE tat-23 ta’ April 2008 dwar ftehim ta’ kreditu għall-konsumatur u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 87/102/KEE (2), b’mod partikolari l-Artikolu 10 u l-Artikolu 22(1), għandhom jiġu interpretati fis-sens li dawn jipprekludu l-investigazzjoni minn bank (il-kreditur) fir-rigward ta’ konsumatur (il-persuna li tissellef) ta’ pretensjoni bbażata fuq estratt minn rekords tal-bank iffirmat minn persuna awtorizzata tagħmel dikjarazzjonijiet fir-rigward tad-drittijiet u l-obbligi tal-bank fuq il-proprjetà u li jkollu s-siġill tal-bank, u prova ta’ talba bil-miktub mibgħuta lid-debitur għall-ħlas, fil-kuntest tal-proċeduri ta’ ordni għal ħlas, kif speċifikat fl-Artikolu 485§ 3 et seq tal-Kodiċi ta’ Proċedura Ċivili?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 15, Vol. 2, p. 288.
(2) ĠU L 133, p. 66.