12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/16
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Lietuvos vyriausiasis administracinis teismas (il-Litwanja) fil-15 ta’ Novembru 2017 – Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos vs UAB Skonis ir kvapas
(Kawża C-638/17)
(2018/C 052/22)
Lingwa tal-kawża: il-Litwan
Qorti tar-rinviju
Lietuvos vyriausiasis administracinis teism
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Valstybinė mokesčių inspekcija prie Lietuvos Respublikos finansų ministerijos
Konvenuta: UAB Skonis ir kvapas
Domanda preliminari
L-Artikolu 4(1) tad-Direttiva tal-Kunsill 2011/64/UE (1), tal-21 ta’ Ġunju 2011, dwar l-istruttura u r-rati tad-dazju tas-sisa fuq it-tabakk manifatturat (test ikkodifikat) għandu jiġi interpretat fis-sens li l-espressjoni “sigarri jew sigarri żgħar” tinkludi (jew le) l-każ fejn parti mill-kisja f’tabakk naturali jew rikostitwit tkun mgħottija, barra minn hekk, minn saff ieħor estern (tal-karti), bħal fil-kawża prinċipali? Il-fatt li l-użu tal-karta bħala saff supplimentari fil-kisja esterna tal-prodott tat-tabakk (fejn hemm il-filtru) iwassal għal xebh viżiv ta’ dan il-prodott ma’ sigarett huwa rilevanti għar-risposta għal din id-domanda?
(1) ĠU L 176, p. 24.