5.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 42/5
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra (il-Portugall) fis-16 ta’ Novembru 2017 – Luís Manuel dos Santos vs Fazenda Pública
(Kawża C-640/17)
(2018/C 042/08)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Qorti tar-rinviju
Tribunal Administrativo e Fiscal de Coimbra
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Luís Manuel dos Santos
Konvenut: Fazenda Pública
Domanda preliminari
Il-prinċipju tal-moviment liberu ta’ merkanzija bejn Stati Membri, stabbilit fl-Artikolu 110 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE), jipprekludi regola tad-dritt nazzjonali, b’mod speċifiku l-Artikolu 2(1)(b) taċ-CIUC (1), interpretata fis-sens li tipprovdi li t-taxxa unika tat-triq ma għandhiex tieħu inkunsiderazzjoni d-data tal-ewwel reġistrazzjoni meta din issir fi Stat Membru ieħor, iżda għandha tieħu biss inkunsiderazzjoni d-data ta’ reġistrazzjoni fil-Portugall, jekk din l-interpretazzjoni tagħti lok għal tassazzjoni ogħla tal-vetturi importati minn Stat Membru ieħor?
(1) Código do Imposto Único de Circulação (Kodiċi dwar it-Taxxa Unika tat-Triq)