12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/19
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mit-Tribunale di Brindisi (l-Italja) fis-17 ta’ Novembru 2017 – proċeduri kriminali kontra Gianluca Moro
(Kawża C-646/17)
(2018/C 052/26)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Tribunale di Brindisi
Parti fil-kawża prinċipali
Gianluca Moro
Domanda preliminari
L-Artikolu 2(1), l-Artikolu 3(1)(c) u l-Artikolu 6(1), (2) u (3) tad-Direttiva 2012/13/UE (1), kif ukoll l-Artikolu 48 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea, għandhom jiġu interpretati fis-sens li jipprekludu dispożizzjonijiet proċedurali kriminali ta’ Stat Membru li abbażi tagħhom id-drittijiet tad-difiża li jirriżultaw mill-emenda tal-akkuża jiġu ggarantiti b’mod differenti fir-rigward tal-kwalità u tal-kwantità tagħhom, u dan skont jekk l-emenda tkunx tirrigwarda l-aspetti fattwali tal-akkuża jew il-klassifikazzjoni ġuridika tagħha, b’mod partikolari billi l-imputat ikun awtorizzat jitlob il-proċedura bbażata fuq sistema ta’ piena alternattiva u li tibbenefika lill-imputat, jiġifieri l-proċedura ta’ negozjar tal-piena (“patteggiamento”), fl-ewwel każ biss.
(1) Direttiva 2012/13/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Mejju 2012 dwar id-dritt għall-informazzjoni fi proċeduri kriminali (ĠU L 142, p. 1)