26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/8
Appell ippreżentat fis-27 ta’ Novembru 2017 minn AlzChem AG mis-sentenza mogħtija mill-Qorti Ġenerali (Is-Sitt Awla) fis-7 ta’ Settembru 2017 fil-Kawża T-451/15, AlzChem AG vs Il-Kummissjoni
(Kawża C-666/17 P)
(2018/C 112/12)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Appellanti: AlzChem AG (rappreżentanti: A. Borsos, avocat, J. A. Guerrero Pérez, abogado)
Parti oħra fil-proċedura: Il-Kummissjoni Ewropea
Talbiet
L-appellanti titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:
—
tiddikjara r-rikors ammissibbli u fondat;
—
tannulla s-sentenza;
—
tannulla d-deċiżjoni kkontestata; u
—
tikkundanna lill-Kummissjoni tħallas l-ispejjeż tal-appellanti.
Aggravji u argumenti prinċipali
1)
L-ewwel aggravju bbażat fuq żball ta’ liġi u fuq żball manifest ta’ evalwazzjoni fl-applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali fir-rigward tal-eċċezzjoni għall-protezzjoni tal-għan tal-investigazzjonijiet tal-UE
—
żball ta’ liġi tal-Kummissjoni fl-applikazzjoni tal-preżunzjonijiet ġenerali fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ eċċezzjoni għal talbiet għal aċċess għal dokumenti preeżistenti speċifiċi u identifikati;
—
żball ta’ liġi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-protezzjoni tal-għan tal-investigazzjonijiet għaddejin fil-kuntest ta’ talbiet għal aċċess għal dokumenti preeżistenti speċifiċi u identifikati;
—
żball ta’ liġi u żball manifest ta’ evalwazzjoni tal-Kummissjoni fir-rigward tal-evalwazzjoni tal-interess pubbliku superjuri li jiġi żgurat stħarriġ ġudizzjarju effettiv (Artikolu 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali); u
—
żball ta’ liġi tal-Kummissjoni fir-rigward tal-applikazzjoni tad-dritt fundamentali ta’ aċċess għal dokumenti (Artikolu 42 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali).
2)
It-tieni aggravju bbażat fuq nuqqas ta’ għoti ta’ raġunijiet fir-rigward tar-rifjut ta’ aċċess għad-dokumenti f’verżjoni mhux kunfidenzjali jew fil-bini tal-Kummissjoni.