12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/23
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Consiglio di Stato (l-Italja) fit-30 ta’ Novembru 2017 – Ministero della Salute vs Hannes Preindl
(Kawża C-675/17)
(2018/C 052/33)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Qorti tar-rinviju
Consiglio di Stato
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ministero della Salute
Konvenut: Hannes Preindl
Domandi preliminari
1)
L-Artikoli 21, 22 u 24 tad-Direttiva [2005/36/KE] (1) jimponu fuq Stat Membru, fejn hemm l-obbligu ta’ taħriġ full-time u l-projbizzjoni korrelativa ta’ reġistrazzjoni simultanja għal żewġ korsijiet universitarji, ir-rikonoxximent awtomatiku ta’ kwalifiki li minflok ikunu nkisbu fl-Istat Membru ta’ oriġini b’mod simultanju jew f’perijodi parzjalment sovrapposti?
2)
F’każ ta’ risposta affermattiva, l-Artikolu 22(a) u l-Artikolu 21 tad-Direttiva jistgħu jiġu interpretati fis-sens li l-awtorità tal-Istat Membru li mingħandha huwa mitlub ir-rikonoxximent għandha madankollu d-dritt li tivverifika l-kundizzjoni li t-tul totali, il-livell u l-kwalità ta’ dan it-taħriġ ma jkunux inferjuri għal dawk tat-taħriġ kontinwu full-time?
(1) Direttiva 2005/36/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Settembru 2005 dwar ir-Rikonoxximent ta’ Kwalifiki Professjonali (GU L 255, p. 22).