26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/10
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Bundesgerichtshof (il-Ġermanja) fis-6 ta’ Diċembru 2017 – slewo // schlafen leben wohnen GmbH vs Sascha Ledowski
(Kawża C-681/17)
(2018/C 112/14)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Bundesgerichtshof
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: slewo // schlafen leben wohnen GmbH
Konvenuta: Sascha Ledowski
Domandi preliminari
Id-domandi li ġejjin, dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16(e), kif ukoll, jekk ikun meħtieġ, tal-Artikolu 6(1)(k) tad-Direttiva 2011/83/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2011 dwar drittijiet tal-konsumatur, li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/13/KEE u d-Direttiva 1999/44/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttiva tal-Kunsill 85/577/KEE u d-Direttiva 97/7/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), huma mibgħuta lill-Qorti tal-Ġustizzja Ewropea għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE:
1)
L-Artikolu 16(e) tad-Direttiva 2011/83 għandu jiġi interpretat fis-sens li jagħmlu parti mill-oġġetti li ma jistgħux jiġu rritornati minħabba raġunijiet ta’ protezzjoni tas-saħħa jew ta’ iġjene previsti fl-imsemmija dispożizzjoni, oġġetti (bħal saqqijiet) li jistgħu jiġu f’kuntatt dirett mal-ġisem tal-bniedem meta dawn jintużaw għall-iskop li għalih huma intiżi, iżda li l-kummerċjant jista’ jrendi mill-ġdid fi stat tajjeb għall-kummerċjalizzazzjoni b’miżuri (ta’ tindif) xierqa?
2)
Fil-każ ta’ risposta fl-affermattiv għall-ewwel domanda:
a)
Liema kundizzjonijiet ta’ ippakkjar ta’ oġġett għandhom ikunu ssodisfatti sabiex dan l-oġġett ikun jista’ jitqies li kien issiġillat fis-sens tal-Artikolu 16(e) tad-Direttiva 2011/83?
u
b)
L-informazzjoni li l-kummerċjant għandu jipprovdi skont l-Artikolu 6(1)(k) tad-Direttiva 2011/83 qabel ma l-kuntratt jorbot lill-konsumatur, għandha tattira l-attenzjoni ta’ dan tal-aħħar għall-fatt li huwa jitlef id-dritt ta’ rtirar tiegħu jekk huwa jneħħi l-issiġillar tal-oġġett, b’riferiment konkret għall-oġġett mixtri (f’dan il-każ, saqqu) u għall-fatt li dan huwa ssiġillat?
(1) ĠU 2011, L 304, p. 64.