26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Oberlandesgericht Düsseldorf (il-Ġermanja) fit-8 ta’ Diċembru 2017 – ÖKO-Test Verlag GmbH vs Dr. Rudolf Liebe Nachf. GmbH & Co.KG
(Kawża C-690/17)
(2018/C 112/17)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Oberlandesgericht Düsseldorf
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: ÖKO-Test Verlag GmbH
Konvenuta: Dr. Rudolf Liebe Nachf. GmbH & Co.KG
Domandi preliminari
1)
Hemm użu illegali ta’ trade mark individwali fis-sens tal-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (1), tar-Regolament (UE) 2017/1001 (2) jew tal-punt (b) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 5(1) tad-Direttiva 2008/95/KE (3) meta
—
it-trade marka individwali hija mwaħħla fuq prodott li fir-rigward tiegħu ma hijiex protetta,
—
it-twaħħil tat-trade mark individwali minn terz huwa pperċepit mill-pubbliku bħala siġill ta’ test, jiġifieri fis-sens li l-prodott ġie mmanifatturat u mqiegħed fis-suq minn terz li ma huwiex taħt il-kontroll tal-proprjetarju tat-trade mark, iżda li l-proprjetarju tat-trade mark ittestja ċerti karatteristiċi ta’ dan il-prodott u fuq il-bażi ta’ dan attribwixxilu ċerta evalwazzjoni li hija msemmija fis-siġill ta’ test,
—
u t-trade mark individwali hija b’mod partikolari rreġistrata għal “informazzjoni u konsulenza għall-konsumatur fl-għażla ta’ prodotti u servizzi, speċjalment bl-użu ta’ riżultati ta’ testijiet u investigazzjonijiet kif ukoll permezz tal-kwalità”?
2)
Fil-każ li l-Qorti tal-Ġustizzja tagħti risposta fin-negattiv lill-ewwel domanda preliminari:
Hemm użu illegali fis-sens tal-punt (c) tat-tieni sentenza tal-Artikolu 9(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 u tal-Artikolu 5(2) tad-Direttiva 2008/95/KE meta
—
it-trade marka individwali tgawdi minn reputazzjoni biss bħala siġill ta’ test hekk kif deskritt fl-ewwel domanda u
—
it-trade marka individwali hija użata minn terz bħala siġill ta’ test?
(1) Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 207/2009 tas-26 ta’ Frar 2009 dwar it-trade mark Komunitarja (ĠU 2009, L 78, p. 1).
(2) Regolament (UE) 2017/1001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar it-trademark tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2017, L 154, p. 1).
(3) Direttiva 2008/95/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Ottubru 2008 biex jiġu approssimati l-liġijiet ta’ l-Istati Membri dwar it-trade marks (ĠU 2008, L 299, p. 25).
Full & Egal Universal Law Academy