26.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/13
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság (l-Ungerija) fil-11 ta’ Diċembru 2017 – PORR Építési Kft. vs Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
(Kawża C-691/17)
(2018/C 112/18)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Qorti tar-rinviju
Fővárosi Közigazgatási és Munkaügyi Bíróság
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: PORR Építési Kft.
Konvenut: Nemzeti Adó- és Vámhivatal Fellebbviteli Igazgatósága
Domandi preliminari
1)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE (1), u b’mod iktar partikolari l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, għandhom jiġu interpetati fis-sens li dawn jipprekludu prassi li skontha l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru, fil-każ li ma tkun twettqet ebda frodi fiskali, tiċħad, fil-mument li fih tistabilixxi t-taxxa, id-dritt għal tnaqqis li jista’ jiġi eżerċitat abbażi ta’ fattura tal-VAT maħruġa konformement mas-sistema ta’ tassazzjoni ordinarja, peress li tqis li għall-korrettezza, fir-rigward ta’ din it-tranżazzjoni, kellha tinħareġ fattura skont is-sistema ta’ tassazzjoni ta’ inverżjoni tal-ħlas u qabel ma tiċħad dan id-dritt għal tnaqqis hija ma tkunx eżaminat
—
jekk l-emittenti tal-fattura setax jirrimborsa lid-destinatarju ta’ din tal-aħħar, l-ammont tal-VAT imħallas indebitament, u
—
jekk l-emittenti tal-fattura setax legalment (skont id-dritt intern tal-Istat Membru) jirrettifikaha biex b’hekk jikseb mingħand l-awtorità fiskali l-irkupru tat-taxxa mħallsa indebitament minnu stess?
2)
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2006/112/KE, u b’mod iktar partikolari l-prinċipji ta’ proporzjonalità, ta’ newtralità fiskali u ta’ effettività, għandhom jiġu interpetati fis-sens li dawn jipprekludu prassi li skontha l-awtorità fiskali ta’ Stat Membru tiċħad, fil-mument li fih tistabilixxi t-taxxa, id-dritt għal tnaqqis li jista’ jiġi eżerċitat abbażi ta’ fattura tal-VAT maħruġa konformement mas-sistema ta’ tassazzjoni ordinarja, peress li tqis li, għall-korrettezza, fir-rigward ta’ din it-tranżazzjoni, kellha tinħareġ fattura skont is-sistema ta’ tassazzjoni ta’ inverżjoni tal-ħlas u li skontha, fil-mument li fih tistabbilixxi t-taxxa, l-awtorità fiskali ma tkunx iddeċidiet li tirrimborsa lid-destinatarju tal-fattura, it-taxxa mħallsa indebitament minkejja l-fatt li l-emittenti tal-fattura jkun ħallas l-ammont tal-VAT lill-awtorità tal-ġbir tat-taxxi?
(1) Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE ta’ 28 ta’ Novembru 2006 dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (ĠU L 347, p. 1).