5.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 83/12
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa min-Nejvyšší správní soud (ir-Repubblika Ċeka) fil-15 ta’ Diċembru 2017 – D. H. vs Ministerstvo vnitra
(Kawża C-704/17)
(2018/C 083/18)
Lingwa tal-kawża: iċ-Ċek
Qorti tar-rinviju
Nejvyšší správní soud
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: D. H.
Konvenut: Ministerstvo vnitra
Domandi preliminari
L-interpretazzjoni tal-Artikolu 9 tad-Direttiva 2013/33/EU (1) tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill flimkien mal-Artikoli 6 u 47 tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li ma tippremettix lin-Nejvyšší správní soud (Qorti Amministrattiva Suprema) tistħarreġ deċiżjoni ġudizzjarja li tikkonċerna d-detenzjoni ta’ ċittadin barrani wara li dan iċ-ċittadin barrani jkun ġie meħlus mid-detenzjoni?
(1) ĠU L 180, p. 96.