16.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 134/14
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hamburg (il-Ġermanja) fid-19 ta’ Diċembru 2017 – Anke Hartog vs British Airways plc
(Kawża C-711/17)
(2018/C 134/18)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hamburg
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Anke Hartog
Konvenuta: British Airways plc
Domandi preliminari
Il-kundizzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (1), stabbilita fl-Artikolu 3(2)(a) tiegħu, għandha tiġi interpretata fis-sens li l-passiġġieri li għandhom reżervazzjoni kkonfermata għandhom “jippreżentaw lilhom infushom għal check-in” meta, fin-nuqqas ta’ indikazzjoni ta’ ħin, dawn jippreżentaw ruħhom, mhux iktar minn 45 minuta qabel il-ħin tat-tluq ippubblikat, fil-kju quddiem il-post taċ-check-in stabbilit mit-trasportatur tal-ajru għar-reġistrazzjoni kkonċernata?
(1) ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.