9.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mil-Landesverwaltungsgericht Oberösterreich (l-Awstrija) fil-21 ta’ Diċembru 2017 – Ahmad Shah Ayubi
(Kawża C-713/17)
(2018/C 123/11)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Landesverwaltungsgericht Oberösterreich
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrent: Ahmad Shah Ayubi
Konvenuta: Bezirkshauptmannschaft Linz-Land
Domandi preliminari
1)
L-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE (1) għandu jiġi interpretat f’termini li Stat Membru jiżgura li l-benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali jirċievu (fl-Istat Membru li jkun ta din il-protezzjoni) l-istess assistenza soċjali neċessarja bħal dik prevista għaċ-ċittadini ta’ dan l-Istat Membru, fis-sens li jissodisfa l-kriterji tal-applikabbiltà diretta żviluppati mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja?
2)
L-Artikolu 29 tad-Direttiva 2011/95/UE għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi dispożizzjoni nazzjonali li tipprevedi li l-assistenza soċjali, taħt il-forma tal-garanizja ta’ riżorsi minimi sabiex tiġi żgurata l-kopertura tal-bżonnijiet, ma tingħatax għalkollox, jiġifieri bl-istess livell bħal dik mogħtija liċ-ċittadini tal-Istat Membru, ħlief unikament lill-benefiċjarji tad-dritt għall-ażil li għandom dritt ta’ residenza permanenti, iżda li tnaqqas il-provvista ta’ assistenza soċjali skont din il-garanizja ta’ riżorsi minimi għall-benefiċjarji tad-dritt għall-ażil li jkunu kisbu biss dritt ta’ residenza temporanju, billi għalhekk dawn tal-aħħar jiġu assimilati, fir-rigward tal-ammont tal-assistenza soċjali, mal-benefiċjarji tal-protezzjoni sussidjarja?
(1) Direttiva 2011/95/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9).