9.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/8
Talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Amtsgericht Hannover (il-Ġermanja) fis-27 ta’ Diċembru 2017 – Sebastien Vollmer, Vera Sagalov vs Swiss Global Air Lines AG
(Kawża C-721/17)
(2018/C 123/12)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Qorti tar-rinviju
Amtsgericht Hannover
Partijiet fil-kawża prinċipali
Rikorrenti: Sebastien Vollmer, Vera Sagalov
Konvenuta: Swiss Global Air Lines AG
Domandi preliminari
1)
Jista’ jeżisti dritt għal kumpens ukoll abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 (1) meta, minħabba dewmien fil-wasla ta’ inqas minn tliet sigħat, passiġġier ma jkunx seta’ jaqbad titjira konnessa diretta u meta dan ikollu bħala konsegwenza dewmien ta’ tliet sigħat jew iktar lejn id-destinazzjoni finali, iżda meta ż-żewġ titjiriet ikunu operati minn trasportaturi tal-ajru differenti?
2)
Jista’ jeżisti dritt għal kumpens ukoll abbażi tal-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 jekk it-trasportaturi tal-ajru differenti jkollhom rabta għaliex jifformaw parti minn grupp?
(1) Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-11 ta’ Frar 2004 li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta' kanċellazzjoni jew dewmien twil ta' titjiriet, u li li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10.