30.10.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 369/2
Talba għal opinjoni mressqa mir-Renju tal-Belġju skont l-Artikolu 218(11) TFUE
(Opinjoni 1/17)
(2017/C 369/02)
Lingwa tal-proċedura: il-lingwi uffiċjali kollha
Talba mressqa minn
Ir-Renju tal-Belġju (rappreżentanti: C. Pochet, L. Van den Broeck u M. Jacobs, aġenti)
Domanda magħmula lill-Qorti tal-Ġustizzja
Il-Ftehim Ekonomiku u Kummerċjali Komprensiv (CETA) bejn il-Kanada, minn naħa waħda, u l-Unjoni Ewropea u l-Istati Membri tagħha, min-naħa l-oħra, iffirmat fi Brussell fit-30 ta’ Ottubru 2016, huwa, fil-Kapitolu Tmienja tiegħu (“Investiment”), Taqsima F (“Riżoluzzjoni ta’ tilwim dwar l-investiment bejn l-investituri u l-istati”), kompatibbli mat-Trattati, inklużi d-drittijiet fundamentali?