3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Golden Balls vs EUIPO – Les Éditions P. Amaury (GOLDEN BALLS)
(Kawża T-8/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea GOLDEN BALLS - Trade mark verbali preċedenti tal-Unjoni Ewropea BALLON D’OR - Raġuni relattiva għal rifjut - Vantaġġ indebitu miksub mill-karattru distintiv jew mir-reputazzjoni tat-trade mark preċedenti - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 40/94 (li sar l-Artikolu 8(5) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 436/54)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Golden Balls Ltd (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: M. Edenborough, QC, M. Hawkins, solicitor, u T. Dolde, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment D. Botis, sussegwentement S. Pétrequin u A. Folliard-Monguiral, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Les Éditions P. Amaury (Boulogne-Billancourt, Franza) (rappreżentanti: T. de Haan, P. Péters u M. Laborde, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-EUIPO, tat-30 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1962/2015-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Intra-Presse u Inez Samarawira.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tat-30 ta’ Settembru 2016 (Każ R 1962/2015-1) hija annullata sa fejn hija laqgħet l-oppożizzjoni għal dak li jirrigwarda l-“islot machines, intiżi li jintużaw flimkien ma’ screen, apparati u strumenti xjentifiċi, nawtiċi, għal skopijiet ta’ sondaġġi, fotografiċi, ċinematografiċi, ottiċi, li jiżnu, li jkejlu, li jissenjalaw, li jivverifikaw (superviżjoni), tas-salvataġġ u tat-tagħlim; apparati biex tirrekordja, għat-trasmissjoni u riproduzzjoni ta’ ħsejjes u stampi; magni tal-bejgħ awtomatiċi u mekkaniżmi għal apparati mħaddma bil-muniti; cash registers, kalkulaturi, tagħmir għall-ipproċessar tal-informazzjoni u kompjuters; apparati u strumenti fotografiċi, ċinematografiċi u ottiċi, diski vojta, tagħmir għall-ipproċessar tad-data u kompjuters, ħardwer tal-kompjuter, mattijiet għall-maws, aċċessorji tat-telefons ċellulari, nuċċalijiet tax-xemx” inklużi fil-klassi 9, id-“dekorazzjonijiet għas-siġar tal-Milied” inklużi fil-klassi 28 u l-“produzzjonijiet teatrali bħal wirjiet u drammi, produzzjonijiet ta’ kummiedji mużikali, organizzazzjoni ta’ avvenimenti mużikali/kunċerti” inklużi fil-klassi 41.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 63, 27.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy