17.9.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 328/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2018 – RI vs Il-Kunsill
(Kawża T-9/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Pensjoni tal-invalidità - Il-ħames paragrafu tal-Artikolu 78 tar-Regolamenti tal-Persunal - Rifjut li l-invalidità tiġi rrikonoxxuta bħala li tirriżulta minn mard ikkaġunat mix-xogħol - Perċezzjoni żbaljata tal-kunċett ta’ mard ikkaġunat mix-xogħol - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
(2018/C 328/61)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: RI (rappreżentanti: T. Bontinck, A. Guillerme u M. Forgeois, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kunsill tat-8 ta’ Frar 2016 li tirrifjuta li tirrikonixxi l-invalidità tar-rikorrent bħala li tirriżulta minn mard ikkaġunat mix-xogħol fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78(5) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Kunsill tal-Unjoni Ewropea tat-8 ta’ Frar 2016 li tirrifjuta li tirrikonixxi l-invalidità ta’ RI bħala li tirriżulta minn mard ikkaġunat mix-xogħol fis-sens tal-ħames paragrafu tal-Artikolu 78(5) tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea hija annullata.
2)
Il-Kunsill huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 70, 6.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy