3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2018 – Proof IT vs EIGE
(Kawża T-10/17) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Talba għal servizzi maqsuma f’żewġ lottijiet - Servizzi marbuta mas-sit internet - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Kriterji ta’ għoti - Trasparenza - Ugwaljanza fit-trattament - Żball manifest ta' evalwazzjoni - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2018/C 436/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Proof IT SIA (Riga, il-Latvja) (rappreżentanti: J. Jerņeva u D. Pāvila, avukati)
Konvenut: L-Istitut Ewropew għall-Ugwaljanza bejn is-Sessi (rappreżentanti: J. Stuyck, V. Ost u M. Vanderstraeten, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tal-EIGE li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest tal-lott Nru 1 dwar is-sejħa għal offerti EIGE/2016/OPER/03, intitolata “Ftehim qafas dwar is-servizzi online”, u li tagħti l-kuntratt qafas lil offerent ieħor u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża li jinkiseb kumpens għad-dannu li r-rikorrenti allegatament ġarrbet minħabba t-telf ta’ opportunità jew it-telf tal-kuntratt innifsu.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Proof IT SIA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 13.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy