18.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 103/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Frar 2019 – RK vs Il-Kunsill
(Kawża T-11/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal - Ħruġ fuq leave fl-interess tas-servizz - Ugwaljanza fit-trattament - Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni bbażata fuq l-età - Żball manifest ta’ evalwazzjoni - Dritt għal smigħ - Dritt ta’ premura - Responsabbiltà”))
(2019/C 103/29)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: RK (rappreżentanti: inizjalment L. Levi u A. Tymen, sussegwentement L. Levi, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-kovenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: A. Troupiotis u J. A. Steele, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni mhux datata tal-Kunsill dwar ħruġ fuq leave tar-rikorrenti fl-interess tas-servizz abbażi tal-Artikolu 42c tar-Regolamenti tal-Persunal tal-Unjoni Ewropea u, skont il-bżonn, tad-deċiżjoni tas-27 ta’ Settembru 2016 li tiċħad l-ilment ippreżentat mir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu li allegatament ġarrbet ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
RK għandha tbati 80 % tal-ispejjeż rispettivi tagħha.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu u 20 % tal-ispejjeż sostnuti minn RK.
4)
Il-Parlament Ewropew għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu.
(1) ĠU C 95, 27.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy