27.8.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 301/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2018 – Europa Terra Nostra vs Il-Parlament
(Kawża T-13/17) (1)
((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Deċiżjoni li tagħti sussidju lil fondazzjoni politika - Prefinanzjament iffissat għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju mogħti - Obbligu li tipprovdi garanzija bankarja ta’ prefinanzjament - Regolament Finanzjarju - Regoli li jimplementaw ir-Regolament Finanzjarju - Regolament (KE) Nru 2004/2003 dwar ir-regolamenti li jirregolaw il-partiti politiċi f’livell Ewropew - Proporzjonalità - Użu ħażin ta’ poter”))
(2018/C 301/36)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Europa Terra Nostra eV (Berlin, il-Ġermanja) (rappreżentant: P. Richter, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: N. Görlitz, C. Burgos u S. Alves, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew FINS-2017-30 tat-12 ta’ Diċembru 2016 dwar l-għoti ta’ sussidju lir-rikorrenti, sa fejn din id-deċiżjoni tillimita l-prefinanzjament għal 33 % tal-ammont massimu tas-sussidju u tissuġġetta dan il-ħlas għall-provvista ta’ garanzija bankarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Europa Terra Nostra eV hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 27.2.2017.
Full & Egal Universal Law Academy