26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/49
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Ottubru 2018 – Constantinescu vs Il-Parlament
(Kawża T-17/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Skolarità - Ammissjoni f’ċentru ta’ ħarsien ta’ tfal żgħar matul il-jum - Deċiżjoni ta’ reġistrazzjoni ta’ wild f’ċentru ta’ ħarsien ta’ tfal żgħar matul il-jum differenti minn dak li fih dan kien preċedentement irreġistrat - Indikazzjoni żbaljata tal-konvenut fir-rikors - Inammissibbiltà - Responsabbiltà”)
(2018/C 427/62)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Radu Constantinescu (Kreuzweiler, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Rodrigues u A. Blot, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: E. Taneva u L. Deneys, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Uffiċċju “Infrastruttura u Loġistika” fil-Lussemburgu (OIL) li t-tifel tar-rikorrent jiġi rreġistrat maċ-ċentru ta’ ħarsien ta’ tfal żgħar matul il-jum tal-Iskola Ewropea tal-Lussemburgu II – Bertrange-Mamer u, għaldaqstant, li tiġi rrifjutata l-ammissjoni tiegħu maċ-ċentru ta’ ħarsien ta’ tfal żgħar matul il-jum tal-Iskola Ewropea tal-Lussemburgu I – Kirchberg, kif ukoll tad-deċiżjoni tal-Parlament Ewropew tas-7 ta’ Ottubru 2016 li tiċħad l-ilment tar-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, għall-kumpens għad-dannu materjali u morali li r-rikorrent allegatament issubbixxa.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Il-Parlament Ewropew huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 70, 6.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy