26.8.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 288/45
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Ġunju 2019 — L-Ungerija vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-20/17) (1)
(“Għajnuna mill-Istat - Taxxa Ungeriża fuq id-dħul mill-pubblikazzjoni tar-reklamar - Progressività tar-rati ta’ tassazzjoni - Tnaqqis tal-bażi taxxabbli b’50 % tat-telf ittrasferit għall-kumpanniji li ma għamlux profitt fl-2013 - Deċiżjoni li tikklassifika l-miżuri ta’ għajnuna inkompatibbli mas-suq intern u li tordna l-irkupru tagħhom - Kunċett ta’ għajnuna mill-Istat - Kundizzjoni relatata mas-selettività”)
(2019/C 288/57)
Lingwa tal-kawża: l-Ungeriż
Partijiet
Rikorrent: L-Ungerija (rappreżentanti: M.-Z. Fehér, G. Koós u E.-Zs. Tóth, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Bottka u P.-J. Loewenthal, aġenti)
Intervenjent insostenn tar-rikorrent: Ir-Repubblika tal-Polonja (rappreżentanti: B. Majczyna, M. Rzotkiewicz, A. Kramarczyk — Szaładzińska, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/329, tal-4 ta’ Novembru 2016 dwar il-miżura SA.39235 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Ungerija dwar it-taxxa tad-dħul mir-reklamar (ĠU 2017, L 49, p. 36).
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/329, tal-4 ta’ Novembru 2016 dwar il-miżura SA.39235 (2015/C) (ex 2015/NN) implimentata mill-Ungerija dwar it-taxxa tad-dħul mir-reklamar, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Ungerija, inkluż dawk li huma relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
3)
Ir-Repubblika tal-Polonja għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess.
(1) ĠU C 78, 13.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy