12.2.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-14 ta’ Diċembru 2017 – RL vs Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea
(Kawża T-21/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Promozzjoni - Proċedura ta’ promozzjoni 2015 - Deċiżjoni li r-rikorrent ma jiġix promoss għall-grad AD 10, b’effett mill-1 ta’ Lulju 2015 - Trasferiment interistituzzjonali - Sistema prorata temporis - Eżami komparattiv tal-merti - Artikolu 45 tar-Regolamenti tal-Persunal - Responsabbiltà”))
(2018/C 052/39)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RL (rappreżentanti: C. Bernard-Glanz u A. Tymen, avukati)
Konvenuta: Il-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Inghelram u V. Hanley-Emilsson, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea tal-11 ta’ Mejju 2016 li tirrifjuta li tagħti promozzjoni lir-rikorrent fl-1 ta’ Lulju 2015 u, min-naħa l-oħra, għall-kisba ta’ kumpens għad-dannu li r-rikorrent allegatament sostna.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
RL huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 27.3.2017.