25.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 72/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-6 ta’ Diċembru 2018 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-22/17) (1)
(“FAEŻR - Spejjeż esklużi mill-finanzjament - Spejjeż imwettqa mill-Portugall - Artikolu 31(4)(c) tar-Regolament (KE) Nru 1290/2005 - Assenza ta’ prova tad-dubju serju u raġonevoli - Verifiki ewlenin - Verifiki sekondarji”)
(2019/C 72/28)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenit: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: P. Estêvão, L. Inez Fernandes, M. Figueiredo u J. Saraiva de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rechena, A. Sauka u D. Triantafyllou, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018, tal-15 ta’ Novembru 2016, li teskludi mill-finanzjament infiq speċifiku mwettaq mill-Istati Membri taħt il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u taħt il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 312, p. 26), sa fejn din teskludi l-ħlasijiet imwettqa taħt il-FAEŻR mill-aġenzija tal-ħlas kompetenti tar-Repubblika Portugiża għal ammont totali ta’ EUR 1 990 810,30
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017
Full & Egal Universal Law Academy