26.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 427/50
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-10 ta’ Ottubru 2018 – LA Superquimica vs EUIPO – D-Tack (D-TACK)
(Kawża T-24/17) (1)
(Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali D-TACK - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti TACK - Prova tal-użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Użu f’forma differenti - Ċaħda tal-oppożizzjoni - It-tieni subparagrafu tal-Artikolu 15(1)(a) u l-Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru t-tieni subparagrafu tal-Artikolu 18(1)(a) u l-Artikolu 47(2) u (3) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Regola 20(1) tar-Regolament (KE) Nru 2868/1995 (li sar l-Artikolu 8(1) u (7) tar-Regolament Delegat (UE) 2018/625))
(2018/C 427/63)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: LA Superquimica, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: A. Canela Giménez, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Gája, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: D-Tack GmbH (Hüttlingen, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra r-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-15 ta’ Novembru 2016 (Każ R 1983/2015-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn LA Superquimica u D-Tack.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud
2)
LA Superquimica, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 86, 20.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy