3.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 436/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-17 ta’ Ottubru 2018 – Jalkh vs Il-Parlament
(Kawża T-26/17) (1)
((“Privileġġi u immunitajiet - Membru tal-Parlament Ewropew - Deċiżjoni li titneħħa l-immunità parlamentari - Rabta mal-funzjonijiet ta’ membru tal-Parlament - Ugwaljanza fit-trattament - Ċertezza legali - Aspettattivi leġittimi - Proċedura ta’ tneħħija tal-immunità - Drittijiet tad-difiża - Użu ħażin ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2018/C 436/56)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Jean-François Jalkh (Gretz-Armainvilliers, Franza) (rappreżentanti: inizjalment J.-P. Le Moigne, sussegwentement M. Ceccaldi u fl-aħħar nett F. Wagner, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: inizjalment M. Dean u S. Alonso de León, sussegwentement S. Alonso de León, N. Görlitz u S. Seyr, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Parlament P8_TA(2016)0430 tat-22 ta’ Novembru 2016 li titneħħa l-immunità parlamentari tar-rikorrent u, min-naħa l-oħra, talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-kumpens tad-dannu allegatament imġarrab mir-rikorrent.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Jean-François Jalkh għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk esposti mill-Parlament Ewropew, inklużi l-ispejjeż relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 70, 6.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy