7.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 4/25
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2018 – RQ vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-29/17) (1)
(“Servizz pubbliku - Uffiċjali - Direttur Ġenerali tal-OLAF - Deċiżjoni ta’ tneħħija tal-immunità ġudizzjarja tar-rikorrent - Lis pendens - Att li jikkawża preġudizzju - Obbligu ta’ motivazzjoni - Dmirijiet ta’ assistenza u ta’ premura - Aspettattivi leġittimi - Drittijiet tad-difiża”)
(2019/C 4/34)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: RQ (rappreżentant: É. Boigelot, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: K. Banks, J.-P. Keppenne u J. Baquero Cruz, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 1449 finali, tat-2 ta’ Marzu 2016, dwar talba għat-tneħħija tal-immunità ġudizzjarja tar-rikorrent, kif ukoll, fejn meħtieġ, tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Ares (2016) 5814495, tal-5 ta’ Ottubru 2016, li tiċħad l-ilment tar-rikorrent kontra l-ewwel deċiżjoni.
Dispożittiv
1)
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2016) 1449 finali, tat-2 ta’ Marzu 2016, dwar talba għat-tneħħija tal-immunità ġudizzjarja ta’ RQ, hija annullata.
2)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 95, 27.3.2017.