4.2.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 44/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Novembru 2018 – Il-Portugall vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-31/17) (1)
([“FAEG - Infiq eskluż mill-finanzjament - Miżuri speċifiċi favur ir-reġjuni l-iktar ’il bogħod - Artikolu 12(c) tar-Regolament (KE) Nru 247/2006 - Assistenza teknika - Azzjonijiet ta’ spezzjoni - Garanziji proċedurali - Aspettattivi leġittimi”])
(2019/C 44/35)
Lingwa tal-kawża: il-Portugiż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Repubblika Portugiża (rappreżentanti: L. Inez Fernandes, M. Figueiredo, J. Saraiva de Almeida u A. Tavares de Almeida, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Rechena u A. Sauka, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2018 tal-15 ta’ Novembru 2016 li teskludi mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ċertu nfiq imġarrab mill-Istati Membri fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u fi ħdan il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU 2016, L 312, p. 26), sa fejn din tneħħi mill-imsemmi finanzjament fil-konfront tar-Repubblika Portugiża s-somom ta’ EUR 460 202,73 u ta’ EUR 200 000 (partita 6701).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Repubblika Portugiża hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy