12.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 408/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2018 – Amicus Therapeutics UK u Amicus Therapeutics vs EMA
(Kawża T-33/17) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokument miżmum mill-EMA li fihom informazzjoni pprovduta mir-rikorrenti fil-kuntest tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Galafold - Deċiżjoni li terz jingħata l-aċċess għal dokument - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-interessi kummerċjali - Assenza ta’ preżunzjoni ġenerali ta’ kunfidenzjalità”))
(2018/C 408/60)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Amicus Therapeutics UK Ltd (Gerrards Cross, ir-Renju Unit) u Amicus Therapeutics, Inc. (Cranbury, New Jersey, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: L. Tsang, J. Mulryne, solicitors, u F. Campbell, barrister)
Konvenuta: L-Aġenzija Ewropea għall-Mediċini (rappreżentanti: N. Rampal Olmedo, S. Marino, A. Spina, A. Rusanov u T. Jabłoński, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-EMA SAK-22072 tal-14 ta’ Diċembru 2016, li tagħti lil terz, skont ir-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2001 dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331), l-aċċess għal dokument li fih informazzjoni prodotta fil-kuntest ta’ applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni ta’ tqegħid fis-suq tal-prodott mediċinali Galafold.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Amicus Therapeutics UK Ltd u Amicus Therapeutics, Inc. huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy