8.7.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 230/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Mejju 2019 — Bank Tejarat vs Il-Kunsill
(Kawża T-37/17) (1)
(“Responsabbiltà mhux kuntrattwali - Politika estera u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi meħuda kontra l-Iran - Iffriżar ta’ fondi - Restrizzjonijiet fil-qasam ta’ ammissjoni fit-territorji tal-Istati Membri - Kumpens għad-danni allegatament subiti mir-rikorrent wara l-inklużjoni u ż-żamma ta’ ismu fil-lista ta’ persuni u ta’ entitajiet li fir-rigward tagħhom japplikaw il-miżuri restrittivi inkwistjoni - Ksur suffiċjentement serju ta’ dispożizzjoni legali li tagħti drittijiet lill-individwi”)
(2019/C 230/35)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bank Tejarat (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: S. Zaiwalla, P. Reddy, K. Mittal, A. Meskarian, solicitors, T. Otty, QC, R. Blakeley, V. Zaiwalla, H. Leith, barristers, u T. de la Mare, QC).)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. Vitro, aġenti)
Intervenjenti insostenn tal-konvenut: Il-Kummissjoni Ewropea rappreżentanti: L. Havas u J. Norris, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 268 TFUE u intiża għall-ksib ta’ kumpens għad-danni li r-rikorrent allegatament sofra minħabba r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 54/2012 tat-23 ta’ Jannar 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 961/2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU 2012 L 19, p. 1), ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta’ Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (ĠU 2012, L 88, p. 1), u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 709/2012 tat-2 ta’ Awwissu 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 (ĠU 2012, L 208, p. 2).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bank Tejarat għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kunsill tal-Unjoni Ewropea.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy