5.11.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 399/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-39/17) (1)
((“Aċċess għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Dokumenti relatati ma’ investigazzjonijiet preliminari dwar skemi ta’ għajnuna mill-Istat fis-settur tal-portijiet tal-Istati Membri kollha - Rifjut ta’ aċċess - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-ħajja privata u tal-integrità tal-individwu - Regolament (KE) Nru 45/2001 - Kunċett ta’ ħajja privata - Eċċezzjoni relatata mal-protezzjoni tal-għanijiet tal-attivitajiet ta’ spezzjoni, ta’ investigazzjoni jew ta’ awditu - Applikazzjoni ta’ preżunzjoni ġenerali - Interess pubbliku superjuri”))
(2018/C 399/45)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) (Brest, Franza) (rappreżentanti: J. Vanden Eynde u E. Wauters, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Buchet, B. Stromsky, u C. Georgieva-Kecsmar, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2016) 7755 finali tat-23 ta’ Novembru 2016 li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrent, minn naħa, l-aċċess sħiħ għall-kwestjonarju mibgħut lill-Istati Membri kollha u, min-naħa l-oħra, l-aċċess għar-risposti tal-Istati Membri għal dan il-kwestjonarju, imsemmija f’ittra mibgħuta fit-8 ta’ Lulju 2016 lir-Repubblika Franċiża fil-kuntest tal-proċedura ta’ għajnuna mill-Istat SA.38398 (2016/C) (ex 2015/E) – Taxxa tal-portijiet fi Franza.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ix-Chambre de commerce et d’industrie métropolitaine Bretagne-Ouest (port de Brest) hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 114, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy