14.1.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 16/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Novembru 2018 – Camomilla vs EUIPO – CMT (CAMOMILLA)
(Kawża T-44/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali CAMOMILLA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti CAMOMILLA - Ċaħda parzjali tat-talba għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Użu ġenwin tat-trade mark preċedenti - Provi - Rikors inċidentali - Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 53(1)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li saru Artikolu 8(1)(b) u Artikolu 60(1)(a) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Artikolu 57(2) u (3) tar-Regolament Nru 207/2009 (li sar Artikolu 64(2) u (3) tar-Regolament 2017/1001)”))
(2019/C 16/48)
Lingwa tal-kawża: it-Taljan
Partijiet
Rikorrenti: Camomilla Srl (Buccinasco, l-Italja) (rappreżentanti: M. Mussi u H. Chiappetta, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: L. Rampini u J. Crespo Carrillo, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT Srl) (Napoli, l-Italja) (rappreżentanti: M. Franzosi, V. Jandoli, A. Stein u G. Rubino, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-21 ta’ Novembru 2016 (Każ R 2250/2015-5), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn CMT u Camomilla.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-rikors inċidentali huwa miċħud.
3)
Kull waħda minn Camomilla Srl u CMT Compagnia manifatture tessili Srl (CMT) għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll nofs l-ispejjeż tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO).
(1) ĠU C 95, 27.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy