9.4.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 123/18
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Frar 2018 – Kwang Yang Motor vs EUIPO – Schmidt (CK1)
(Kawża T-45/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea CK1 - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea CK - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2018/C 123/24)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kwang Yang Motor Co., Ltd (Kaohsiung, it-Tajwan) (rappreżentanti: A. González Hähnlein u A. Kleinheyer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Crespo Carrillo u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Udo Schmidt (Reken, il-Ġermanja) (rappreżentanti: G. Rother u J. Vogtmeier, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tat-2 ta’ Novembru 2016 (Każ R 2193/2015-2), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn U. Schmidt u Kwang Yang Motor.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kwang Yang Motor Co., Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 13.3.2017