11.3.2019
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 93/48
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 14 ta’ Diċembru 2018 – TDH Group vs EUIPO – Comercial de Servicios Agrigan (Pet Cuisine)
(Kawża T-46/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika l-Unjoni Ewropea - Trade mark figurattiva Pet Cuisiine - Trade mark figurattiva preċedenti tal-Unjoni Ewropea The Pet CUISINE alimento para mascotas felices Genial - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) Nru 2017/1001]”))
(2019/C 93/59)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: TDH Group (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: D. Chen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: M. Rajh, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO: Comercial de Servicios Agrigan, SA (Huesca, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Għaxar Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-10 ta’ Novembru 2016 (Każ R 685/2016-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Comercial de Servicios Agrigan u TDH Group.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
TDH Group hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 78, 13.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy