22.1.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 22/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-30 ta’ Novembru 2017 – Mackevision Medien Design vs EUIPO (TO CREATE REALITY)
(Kawża T-50/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għal trade mark verbali tal-Unjoni Ewropea TO CREATE REALITY - Trade mark ikkostitwita minn slogan ta’ reklamar - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001)”))
(2018/C 022/55)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Mackevision Medien Design GmbH Stuttgart (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Stolz, U. Stelzenmüller u J. Weiser, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Graul u S. Hanne, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-20 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 995/2016-5), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali TO CREATE REALITY bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mackevision Medien Design GmbH Stuttgart hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017.