29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Settembru 2018 – Selimovic vs Il-Parlament
(Kawża T-61/17) (1)
((“Dritt istituzzjonali - Parlament Ewropew - Fastidju morali - Deċiżjoni tal-President tal-Parlament li tippronunzja s-sanzjoni ta’ ċanfira kontra deputat Ewropew - Artikolu 166 tar-Regoli interni tal-Parlament - Dritt għal amministrazzjoni tajba - Dritt ta’ aċċess għall-fajl - Obbligu ta’ motivazzjoni - Ċertezza legali - Abbuż ta’ poter - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2018/C 392/27)
Lingwa tal-kawża: l-Isvediż
Partijiet
Rikorrent: Jasenko Selimovic (Hägersten, l-Isvezja) (rappreżentanti: inizjalment B. Leidhammar, sussegwentement S. Scheiman, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: O. Caisou-Rousseau, L. Tapper Brandberg u E. Taneva, aġenti)
Suġġett
Minn naħa, talba abbażi tal-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjonijiet tal-President tal-Parlament tat-22 ta’ Novembru 2016 u tad-deċiżjoni tal-uffiċċju tal-Parlament tat-12 ta’ Diċembru 2016 li timponi fuq ir-rikorrent is-sanzjoni ta’ ċanfira u, min-naħa l-oħra, talba abbażi tal-Artikolu 268 TFUE u intiża għal kumpens għad-dannu li allegatament sofra r-rikorrent.
Dispożittiv
1)
It-talba għal proċedura mħaffa hija miċħuda bħala manifestament inammissibbli.
2)
Ir-rikors huwa miċħud.
3)
Jasenko Selimovic huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 121, 18.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy