12.3.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 94/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 24 ta’ Jannar 2018 – Constantin Film Produktion vs EUIPO (Fack Ju Göhte)
(Kawża T-69/17) (1)
([“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea verbali Fack Ju Göhte - Raġuni assoluta għal rifjut - Trade mark li tmur kontra l-ordni pubbliku jew il-prinċipji aċċettati tal-moralità - Artikolu 7(1)(f)tar-Regolament (KE)Nruo 207/2009 [li sar l-Artikolu 7(1)(f) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”])
(2018/C 094/32)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Constantin Film Produktion GmbH (Munich, il-Ġermanja) (rappreżentanti: E. Saarmann u P. Baronikians, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Fischer u D. Walicka, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 2205/2015–5), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali Fack Ju Göhte bħala trade mark tal-Unjoni Ewropea.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Constantin Film Produktion GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 104, 3.4.2017.