Kawża T-72/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl) (“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva Steirisches Kürbiskernöl — Indikazzjoni ġeografika protetta — Artikolu 15, Artikolu 51(1)(a) u Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18, l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Użu ġenwin tat-trade mark — Użu bħala trade mark”)
C2592018MT3210120180607MT0044321321
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ġunju 2018 – Schmid vs EUIPO – Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Steirisches Kürbiskernöl)
(Kawża T-72/17) ( 1 )
“(“Trade mark tal-Unjoni Ewropea — Proċedimenti ta’ revoka — Reġistrazzjoni internazzjonali li tirreferi għall-Unjoni Ewropea — Trade mark figurattiva Steirisches Kürbiskernöl — Indikazzjoni ġeografika protetta — Artikolu 15, Artikolu 51(1)(a) u Artikolu 55(1) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li saru l-Artikolu 18, l-Artikolu 58(1)(a) u l-Artikolu 62(1) tar-Regolament (UE) 2017/1001] — Użu ġenwin tat-trade mark — Użu bħala trade mark”)”2018/C 259/44Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Gabriele Schmid (Halbenrain, l-Awstrija) (rappreżentanti: B. Kuchar, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentant: D. Hanf, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark (Graz, l-Awstrija) (rappreżentanti: I. Hödl u S. Schoeller, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-EUIPO tas-7 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 1768/2015-4), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn G. Schmid u Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (EUIPO) tas-7 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 1768/2015-4) hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
L-EUIPO huwa kkundannat ibati, minbarra l-ispejjeż tiegħu, dawk ta’ Gabriele Schmid.
4)
Landeskammer für Land- und Forstwirtschaft in Steiermark għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
( 1 ) ĠU C 104, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy