29.10.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 392/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Settembru 2018 – RS vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-73/17) (1)
((“Servizz pubbliku - Membri tal-persunal temporanju - Reklutaġġ - Kompetizzjoni interna - Tfassil ta’ lista ta’ riżerva għar-reklutaġġ ta’ assistenti - Kundizzjoni għall-ammissjoni relatata mar-rekwiżit ta’ attività mingħajr interruzzjoni matul it-tnax-il xahar qabel l-għeluq tat-terminu għall-preżentata tal-kandidaturi - Leave għal raġunijiet personali - Nuqqas ta’ ammissjoni għal parteċipazzjoni fl-eżamijiet ta’ kompetizzjoni”))
(2018/C 392/28)
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: RS (rappreżentanti: S. Orlandi u T. Martin, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: G. Berscheid u L. Radu Bouyon, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 270 TFUE u intiża, minn naħa, għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2) dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura tar-rikorrent, u, min-naħa l-oħra, il-kumpens għad-dannu li huwa allegatament issubixxa.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tal-Bord tal-Għażla tal-kompetizzjoni interna COM/02/AST/16 (AST 2) dwar iċ-ċaħda tal-kandidatura ta’ RS hija annullata.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Il-Kummissjoni Ewropea hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 112, 10.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy