18.12.2017
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 437/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Novembru 2017 – Steiniger vs EUIPO – ista Deutschland (IST)
(Kawża T-80/17) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark tal-Unjoni Ewropea figurattiva IST - Trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea ISTA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Pubbliku rilevanti - Xebh tal-prodotti u s-servizzi - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 [li sar l-Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (UE) 2017/1001]”))
(2017/C 437/38)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Ingo Steiniger (Nümbrecht, il-Ġermanja) (rappreżentant: K. Schulze Horn, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: V. Mensing u A. Schifko, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: ista Deutschland GmbH (Essen, il-Ġermanja) (rappreżentant: F. Lindenberg, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-EUIPO tal-1 ta’ Diċembru 2016 (Każ R 2242/2015-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn ista Deutschland u I. Steiniger.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ingo Steiniger huwa kkundannat għall-ispejjjeż.
(1) ĠU C 112, 10.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy