Kawża T-86/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2018 – Le Pen vs Il-Parlament (“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament — Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali — Drittijiet tad-difiża — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Użu ħażin ta’ poter — Indipendenza tal-Membri — Żball ta’ fatt — Proporzjonalità”)
C2682018MT3510120180619MT0042351351
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2018 – Le Pen vs Il-Parlament
(Kawża T-86/17) ( 1 )
“(“Regolamenti dwar l-ispejjeż u l-allowances tal-Membri tal-Parlament Ewropew — Allowance ta’ assistenza parlamentari — Irkupru ta’ somom imħallsa indebitament — Kompetenza tas-Segretarju Ġenerali — Drittijiet tad-difiża — Oneru tal-prova — Obbligu ta’ motivazzjoni — Ugwaljanza fit-trattament — Użu ħażin ta’ poter — Indipendenza tal-Membri — Żball ta’ fatt — Proporzjonalità”)”2018/C 268/42Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Marion Le Pen (Saint-Cloud, Franza) (rappreżentanti: inizjalment M. Ceccaldi u J.-P. Le Moigne, sussegwentement M. Ceccaldi u fl-aħħar nett R. Bosselut, avukati)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: G. Corstens u S. Seyr, aġenti)
Intervenjent insostenn tal-konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: A. Jensen, M. Bauer u R. Meyer, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament tad-deċiżjoni tas-Segretarju Ġenerali tal-Parlament tal-5 ta’ Diċembru 2016 dwar l-irkupru mir-rikorrenti tas-somma ta’ EUR 298497,87 imħallsa indebitament bħala assistenza parlamentari u tan-nota ta’ debitu relatata magħha tas-6 ta’ Diċembru 2016.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Marion Le Pen għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Parlament Ewropew, inklużi dawk relatati mal-proċedura għal miżuri provviżorji.
3)
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea għandu jbati l-ispejjeż tiegħu stess.
( 1 ) ĠU C 104, 3.4.2017.
Full & Egal Universal Law Academy