Kawża T-88/17: Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2018 – Spanja vs Il-Kummissjoni “FAEŻR — L-aħħar sena finanzjarja ta’ implimentazzjoni tal-perijodu ta’ programmazzjoni 2007 – 2013 — Clearance tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri — Deċiżjoni li tiddikjara li ċertu ammont ma jistax jerġa’ jintuża fil-kuntest tal-programm għall-iżvilupp rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura — Metodu ta’ kalkolu — Artikolu 69(5b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 — Aspettattivi leġittimi”
C2942018MT4310120180705MT0057431442
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Lulju 2018 – Spanja vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-88/17) ( 1 )
““FAEŻR — L-aħħar sena finanzjarja ta’ implimentazzjoni tal-perijodu ta’ programmazzjoni 2007 – 2013 — Clearance tal-kontijiet tal-aġenziji tal-ħlas tal-Istati Membri — Deċiżjoni li tiddikjara li ċertu ammont ma jistax jerġa’ jintuża fil-kuntest tal-programm għall-iżvilupp rurali tal-Komunità Awtonoma ta’ Extremadura — Metodu ta’ kalkolu — Artikolu 69(5b) tar-Regolament (KE) Nru 1698/2005 — Aspettattivi leġittimi””2018/C 294/57Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrent: Ir-Renju ta’ Spanja (rappreżentanti: M. A. Sampol Pucurull u M. J. García-Valdecasas Dorrego, aġenti)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: J. Aquilina u M. Morales Puerta, aġenti)
Suġġett
Talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2016/2113 tat-30 ta’ Novembru 2016 dwar l-approvazzjoni tal-kontijiet tal-aġenziji tal-pagamenti tal-Istati Membri li jikkonċernaw in-nefqa ffinanzjata mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) fl-aħħar sena tal-eżekuzzjoni tal-perjodu ta’ programmazzjoni tal-FAEŻR 2007-2013 (is-16 ta’ Ottubru 2014 — il-31 ta’ Diċembru 2015) (ĠU 2016, L 327, p. 79), li permezz tagħha l-Kummissjoni kkwalifikat bħala “ammont li ma jistax jerġa’ jintuża” l-ammont ta’ EUR 5364682,52 fil-kuntest tal-clearance tal-kontijiet tal-aġenzija tal-ħlas ta’ Extremadura.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju ta’ Spanja huwa kkundannat għall-ispejjeż.
( 1 ) ĠU C 95, 27.3.2017.
Full & Egal Universal Law Academy